Saturday, April 27, 2024

BCRS tikkjarifika li m’għandhiex konnessjoni ma’ Kasco Group

Aqra wkoll

L-Operatur ta’ BCRS Malta Ltd iċċara li la l-kumpanija u lanqas ir-reverse vending machines tagħha m’għandhom l-ebda konnessjoni mal-kumpanija Kasco Group.

Kelliem għal BCRS Malta qal li wara li rapporti fil-midja li setgħu taw impressjoni żbaljata, ħassew li kellhom jiċċaraw dan u żied jgħid li BCRS hija kumpanija bla fini ta’ profitt li tinkorpora l-produtturi tax-xorb, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet tal-bejjiegħa bl-imnut, u li l-magni huma manifatturati u pprovduti lil kumpaniji differenti minn dawk li ssemmew fuq il-mezzi tax-xandir.

Qal ukoll li l-missjoni tagħha hija waħda ambjentali u filwaqt li lesta għall-iskrutinju tal-operat tagħha appellat lill-midja biex b’responsabbiltà tiżgura li ma toħloqx kontroversji politiċi bla bżonn.

Il-kumpanija BCRS investiet €18-il miljun f’faċilità state of the art f’Ħal Far u fi 320 reverse vending machines ddedikati għall-iskart tal-kontenturi tax-xorb.

Sport