Tuesday, April 23, 2024

Mument storiku fi żvilupp ta’ mediċina li tista’ toffri tama għall-kura tad-dimensja

Aqra wkoll

Mument storiku fil-qasam mediku hekk kif wara deċenji ta’ tentattivi li ma rnexxewx, fl-aħħar jidher li nstabet mediċina li ddgħajjef il-qerda tal-moħħ f’persuni bil-kundizzjoni tal-Alzheimer’s.

Dan il-mument storiku jtemm deċenji ta’ falliment f’riċerka jiftaħ era ġdida ta’ mediċini li jistgħu jintużaw biex tiġi kkurata l-Alzheimer’s.

Dan se jkun ifisser li dawk li jbatu minn din il-kundizzjoni li hija l-aktar forma komuni tad-dimensja jistgħu jkunu qegħdin jiġu kkurati għalkemm f’dan l-istadju s-sitwazzjoni hija waħda dibattibbli.

L-effett tal-mediċina, Lecanemab huwa żgħir u l-mediċina taħdem fl-istadji bikrin tal-marda. Fejn il-kundizzjoni tkun waħda avvanzata, il-mediċina ftit li xejn tista’ taħdem u b’hekk għal dawn il-persuni din mhijiex titqies bħala aħbar rivoluzjonarja.

Sport