Wednesday, April 24, 2024

L-Arabja Sawdija tiċħad li kienet se tixħet in-nomina biex torganizza t-Tazza tad-Dinja 2030

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija ħabbru li l-pajjiż mhux se jkun fost in-nazzjonijiet li se  jixħtu n-nominazzjonijiet tagħhom biex jospitaw it-Tazza tad-Dinja 2030. 

Dan ifisser li huma xejn l-kummenti preċedenti li għamel il-Ministru tat-Turiżmu, Ahmed Al Khateeb.

“L-Arabja Sawdija m’hijiex se tagħmel offerta uffiċjali biex tospita t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA,” qal kelliem tal-Ministeru tat-Turiżmu.”

Din kienet it-tweġiba għal Al Khateeb li ġurnata qabel kien qal li l-pajjiż kien qed jikkunsdira li jixħet in-nomina tiegħu biex jorganizza din il-manifestazzjoni mondjali fl-2030.

Fil-jiem li għaddew, rapporti sostnew li Riyadh kien se jingħaqad mal-Eġittu u l-Greċja għal offerta konġunta, biex il-fażi finali tintlagħab fi tliet pajjiżi differenti.

Iżda tal-pajjiż tas-Sawdi se jospita l-Logħob tax-Xitwa Asjatiku fl-2029, tiġrija annwali tal-Formula 1, u diversi logħbiet tal-boxing ta’ profil għoli.

“L-Arabja Sawdija dejjem tikkunsidra li tospita numru ta’ avvenimenti sportivi kbar, bħala parti mill-promozzjoni għa;l-isport u għat-turiżmuf’konformità mal-Viżjoni 2030,” qal il-kelliem tal-Ministeru tat-Turiżmu.

Il-midja Griega u l-gazzetta statali tal-Eġittu, Akhbar El Yom, irrappurtaw li taħditiet bejn it-tliet pajjiżi kienu għaddejjin f’Awwissu li għada.

Il-Prinċep tal-Kuruna tal-Arabja Sawdija, Mohammed Bin Salman, attenda għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar il-ġimgħa li għaddiet flimkien mal-President tal-FIFA, Gianni Infantino.

Sport