Friday, April 19, 2024

Attivisti jwissu lil Jason Azzopardi wara li allega li Prudente nġabet Malta biex tqum kontroversja

Aqra wkoll

“Trid tkun verament żibel biex tikkonfoffa ma’ terzi barra minn Malta biex mara tqila tinġieb f’Malta ħalli tqum il-kontroversja tat-terminazzjoni tat-tqala għax taparsi kienet f’periklu”. Kiteb dan fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi filwaqt li kompla biex jisħaq li dak li kien qiegħed jikteb ma kinitx ipoteżi jew teorija iżda verità oġġettiva fattwali li seħħet.

Min-naħa tagħhom attivisti mill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa sostnew li b’wiċċhom minn quddiem li dak li kien qiegħed jgħid Azzopardi ma kienx minnu. Qalu li huma għexu ma’ din il-koppja siegħa b’siegħa dan il-martirju u saħansitra għamlu ljieli ma jorqdux sakemm l-mara kienet sigura fi Spanja.

Huma qegħdin jisfidaw lil Azzopardi biex “jekk inti raġel mhux titfa’ t-tajn u taħbi idejk. Filkas narawk il-Qorti u ġib il-provi li għandek”, temmew jgħidu l-attivisti.

Sport