Thursday, April 18, 2024

Għaddejjin ġmielhom l-aħħar tħejjijiet għall-kunċert mużikali ta’ Lewis Capaldi

Aqra wkoll

Għaddejjin b’ritmu tajjeb l-aħħar preparamenti għall-kunċert mużikali fuq il-Fosos tal-Furjana bis-sehem tal-artist internazzjonali Lewis Capaldi.

Dan l-avveniment ifisser ir-ritorn tal-ewwel minn sensiela ta’ attivitajiet tal-massa mingħajr restrizzjonijiet marbutin mal-pandemija.

Fi żjara li saret fuq il-Fosos tal-Furjana lejlet dan il-kunċert, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo semma kif f’dawn l-aħħar sentejn saret ħidma importanti biex pajjiżna jibqa’ attraenti fid-dinja tad-divertiment.

“Lewis Capaldi huwa artist li ċertament m’għandux bżonn l-ebda introduzzjoni. Iġorr miegħu popolarità kbira minn madwar id-dinja u dik tawgura tajjeb biex għada naraw spettaklu mill-isbaħ li minnu jgawdu t-turisti u anke l-Maltin li se jattendu għal dan il-kunċert,” irrimarka l-Ministru Clayton Bartolo.

Intant, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Carlo Micallef, qal li dawn l-attivitajiet jiffurmaw parti mill-istrateġija għas-settur turistiku, fejn jingħata valur addizzjonali u raġuni oħra sabiex it-turisti jagħżlu li jżuru pajjiżna mhux biss minħabba l-istorja, l-ikel, u t-temp mill-isbaħ, iżda anke sabiex ikunu jistgħu jesperjenzaw avvenimenti ta’ din l-iskala, b’għadd ta’ artisti u mużiċisti rinomati mad-dinja kollha.

Ekonomija

Sport