Monday, April 15, 2024

Atleti Maltin isofru kundizzjonijiet ta’ sfida fin-Nofs Maratona tal-Logħob tal-Mediterran

Aqra wkoll

Il-kundizzjonijiet sħan u umdin li qed jiħu esperjenzati ġewwa Oran ipprovdew tellieqa ta’ sfida kbira għall-atleti li qed jieħdu sehem fin-nofs maratona dalgħodu.

Il-kundizzjonijiet tat-temp, flimkien mar-rotta li kienet ,  qassmu ħerba fuq kwalunkwe pjan għall-aħjar ħinijiet personali. Dan deher fir-riżultati tar-rebbieħa Mohcin Outalha (MAR) u  Giovanna Epis (ITA), li t-tnejn kienu erba’ u tliet minuti il-bogħod mill-aħjar ħin personali tagħhom.

Bl-istess mod, Dillon Cassar u Lisa Bezzina, li rrappreżentaw lil Malta f’din id-distanza, spiċċaw f’ħin ta’ 1:14:41 u 1:28:02 rispettivament.

Intant, ilbieraħ Ian Grech u Steve Camilleri ħadu sehem fit-Triple Jump tal-Irġiel u l-100m Heat 1 rispettivament.

L-impenji tal-atletika Maltija jkomplu llum bis-sehem ta’ Ben Micallef fit-tieni heat tat-800m Tiġrija. Intant, għada s-Sibt 2 ta’ Lulju meta Roberta Schembri tiġri fl-avveniment tal-5000m, Daniel Saliba fil-100m Hurdles, Rachela Pace fit-Triple Jump, u Bradley Mifsud fl-avveniment Discus.

Ekonomija

Sport