Sunday, April 28, 2024

Għaddejjin taħdidiet biex Joseph Muscat ikun il-president tal-MPFCA

Aqra wkoll

Wara li nhar it-Tlieta ltaqgħu l-clubs tal-Kampjonat Premier biex jinħatar il-president tal-Malta Professionals Football Clubs Association, ma kienx għad hemm konsensus.

Dan wara li l-ex Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Muscat, kien nominat biex imexxi dan il-kumitat. Dan minħabba li kien hemm clubs oħra, fosthom Valletta u Gudja United, li nnominaw lil ħaddieħor.

Għaldaqstant, il-president ta’ Santa Lucia, Robert Micallef, se jibqa’ fil-kariga ta’ president b’mod temporanju.

Sport