Friday, May 17, 2024

Għaddew 36 sena minn meta seħħ l-akbar diżastru nukleari

Aqra wkoll

Illum jaħbat il-jum dinji li jfakkar l-akbar diżastru nukleari li qatt rat id-dinja — dak ta’ Chernobyl li seħħ fl-1986. Dan il-jum dinji daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Diċembru tal-2016, meta l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda implimentat reżoluzzjoni li permezz tagħha s-26 t’April sar magħruf bħala l-Jum Dinji li Jfakkar id-Diżastru ta’ Chernobyl.

Kien propju s-26 t’April tal-1986, meta wara splużjoni li seħħet fl-Impjant Nukleari ta’ Chernobyl, materjal radjuattiv infirex fuq partijiet estensivi tal-Unjoni Sovjetika — illum territorji tal-Belarus, l-Ukrajna, u r-Russja. Iktar minn 8 miljun persuna li jappartjenu għat-tliet pajjiżi msemmija hawn fuq, kienu esposti għal din ir-radjazzjoni.

Riċentament kienet reġgħet tnisslet il-biża’ li seta’ jkun hemm diżastru ieħor f’Chernobyl, meta lejn l-aħħar tax-xahar li għadda r-Russi ħolqu l-biża’ li setgħu jikkawżaw ħsara li setgħet twassal għat-tixrid ta’ radjazzjoni.

Chernobyl kienet waqgħet taħt idejn ir-Russi mal-bidu tal-invażjoni tagħhom fuq l-Ukrajna fi Frar ta’ din is-sena, imbagħad eventwalment fl-1 t’April tal-2022 l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) qalet li ġiet infurmata mill-Ukrajna li l-forzi Russi trasferew lura l-kontroll taż-żona ta’ Chernobyl lill-Ukreni. 

Sport