Sunday, May 19, 2024

“Għadna ma nafux meta l-aħjar tagħti r-raba’ doża u jekk hemmx bżonn tingħata lil kulħadd”

Aqra wkoll

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li bħalissa qed tingħata r-raba’ doża tal-vaċċin lil dawk b’immunità baxxa, residenti fid-djar tal-anzjani u minn nhar it-Tnejn se tkun offruta lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 80 sena.

“B’dak li qed tipprovdilna x-xjenza nkunu nistgħu ngħinu biex inkomplu nevitaw il-kumplikazzjonijiet, innaqqsu l-imwiet u fl-istess ħin tħalli s-soċjetà tibqa’ għaddejja bil-ħajja normali tagħha,” qalet Prof. Gauci f’intervista li saritilha fuq l-istazzjon nazzjonali.

Hija ddikjarat li għadhom ma jafux meta huwa l-aħjar waqt biex tagħti r-raba’ doża lil kulħadd jew jekk għandniex bżonn nagħtuha lil kulħadd. “Il-fatt hu li qed naraw li dawk li qed jimmanifatturaw il-vaċċini qegħdin jaħdmu fuq vaċċin li jolqot aktar il-varjanti li għandna u rridu naraw jekk dan ikunx vaċċin aktar tajjeb u għandekx ittiha lill-popolozzjoni kollha. 

“Sa issa, anke dak li ħarġet l-ECDC, flimkien mal-EMA l-ġimgħa l-oħra, qalet li għalissa ejja nimmiraw lejn dawk li għandhom ‘il fuq minn 80 sena u aħna konna minn tal-ewwel li bdejnieha.”

Sport