Saturday, December 21, 2024

“Għalfejn għid? Kif se tfehemhom lil dawk iż-żewġt anġli?”

Identifikat il-vittma tal-inċident tat-traffiku f'Ħal Lija

Aqra wkoll

“Għalfejn inti għid? Mhux ta’ b’xejn nistmerrhom il-muturi … kif se tfehemhom lil dawk iż-żewġt anġli li mhux se jkunu qegħdin jaraw iktar?” Dawn kienu uħud mill-ewwel kummenti li sellmu l-memorja ta’ Kurdt Busuttil.

Busuttil huwa r-raġel ta’ 28 sena minn Birżebbuġa li lbieraħ filgħaxija tilef ħajtu f’inċident bejn mutur u karozza f’Ħal Lija. Fil-post issejjaħ tim mediku li għamel kull mezz biex jgħin lill-vittma, iżda minkejja kull tentattiv huwa miet ftit wara l-wasla tiegħu fl-Isptar.

Busuttil huwa missier ta’ żewġt itfal u fl-aħħar ġimgħat xerred kitba fuq il-profil tiegħu fejn saħansitra rringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ sapport għalih biex għenuh joħroġ minn vizzju. Huwa rringrazzja lil Alla u esprima l-kuntentizza tiegħu għal diversi ġimgħat ‘il bogħod mill-vizzju.

Ekonomija

Sport