Tuesday, December 24, 2024

“Għalfejn ġrejt għall-elezzjoni? X’inhu jinkwetak Robert Abela?”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt attività politika fil-Gudja, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-partit immexxi minnu jibqa’ miegħek biex jagħtik is-soluzzjonijiet għax jemmen li għandu l-obbligu biex jagħmel dan.

Grech qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jindirizza l-għoli tal-ħajja biex il-paga u l-pensjonijiet iservu iżjed mingħajr il-bżonn li taħdem sigħat twal.

“Imma biex nagħmlu dan hemm bżonn li inti tagħtina l-fiduċja”, kompla jgħid Grech filwaqt li appella lil dawk li qegħdin jikkunsidraw biex ma jivvutawx, biex jerġgħu jaħsbuha u pprova jikkonvinċihom biex jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.

Mill-ġdid Grech qal li l-Partit Laburista għadu mingħajr programm elettorali u staqsa għaliex il-Prim Ministru sejjaħ elezzjoni ġenerali daqshekk malajr meta ma kienx preparat.

“Vot lill-Partit Nazzjonalista biss jista’ jagħtik is-serħan il-moħħ li inti u wliedek ikollkom kwalità ta’ ħajja aħjar b’opportunitajiet aħjar”, tenna Grech.

Ekonomija

Sport