Wednesday, July 23, 2025

Għaliex dik il-mejda kbira fil-laqgħa bejn Macron u Putin?

Aqra wkoll

Żvelata r-raġuni għaliex id-diskussjoni bejn Emmanuel Macron u Vladimir Putin saret fin-naħħiet opposti ta’ mejda twila erba’ metri

Għadd ta’ mexxejja dinjin qed ikomplu għaddejjin bil-ħidma diplomatika tagħhom biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi tal-Ukrajna. Fost dawn kien hemm il-President Franċiż Emmanuel Macron li fil-jiem li għaddew żar numru ta’ pajjiżi f’missjoni diplomatika. F’waħda miż-żjajar li għamel, Macron iltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin ġewwa l-kapitali Moska. Ħaġa li laqtet l-għajn ta’ bosta kienet id-distanza kbira li kien hemm bejn iż-żewġ mexxejja hekk kif dawn tpoġġew fin-naħħiet opposti ta’ medja twila erba’ metri.

Skont sorsi ta’ Reuters, ġejjin minn żewġ persuni qrib it-tim ta’ Macron, dan seħħ minħabba li l-President Franċiż ma riedx jieħu swab test hekk kif wasal ġewwa r-Russja u dan għax ma riedx li r-Russja jkollhom aċċess għad-DNA tiegħu. Mal-wasla ġewwa r-Russja Macron kellu żewġ għażliet: jew jagħmel PCR test u jkun jista’ jersaq qrib Putin jew inkella jkollu jobdi l-protokolli tad-distanza soċjali. Jidher li Macron għażel l-aħħar għażla u r-raġuni ewlenija kienet biex ir-Russja ma jkollhiex kampjun tad-DNA tiegħu. 

Jidher ukoll li Macron kien diġà għamel it-test ġewwa Franza qabel telaq għaż-żjara.

Sport