“Channa, l-aqwa ħabiba tiegħi … għaliex kienet il-ħajja daqshekk krudili għalik? Min kien qed jgħidli li fi żmien għaxar t‘ijiem kont se nitlef tnejn mill-għeżiez, lil Jacqueline u Chantalle”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Christine Frendo, waħda mill-ħbieb ta’ Chantalle Gauci, il-mara li tilfet ħajjitha traġikament f’inċident sfortunat f’San Ġiljan aktar kmieni din il-ġimgħa .
Hija rringrazzjat lil Chantalle tal-ħbiberija sabiħa u tal-memorji sbieħ li qasmu flimkien minn kemm ilhom ħbieb, liema memorji se jibqgħu ta’ għożża kbira.
Christine qalet ukoll; “Żomm idejk fuq il-familja tiegħek speċjalment fuq iċ-ċkejkna Emma. Inħobbok ħafna. Sa ma’nerġgħu niltaqgħu xxx”