Sunday, December 22, 2024

Għalissa l-maskri fl-iskejjel jibqgħu obbligatorji għax qed inaqqsu l-firxa tal-infezzjonijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ħadd fl-Isptar minn dawk li ngħataw il-booster

Waqt li kien qiegħed jagħti aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li fil-komunità żdiedu l-każi attivi. 

Fearne qal li ta’ min jinnota li m’hemm ħadd minn dawk li ngħataw il-booster; anke meta wieħed iqis li dawn huma fost l-aktar kategoriji vulnerabbli u f’riskju li jkunu bżonn ta’ attenzjoni medika, li jinsabu rikoverati fl-isptar għall-kura.

Min-naħa l-oħra hemm 6 persuni minn fost 16-il persuna li jinsabu rikoverati mhumiex imlaqqmin. Dan ifisser li 40 fil-mija ta’ dawk li jinsabu rikoverati fl-Isptar mhumiex imlaqqmin u dan jikkonferma l-effettività tat-tilqima.

Persuni li qed jersqu għat-tilqima għall-ewwel darba

Fearne qal li għad hemm nies; madwar 5 fil-mija, li għadhom ma ħadux it-tilqima. Huwa kkonferma li ta’ kuljum madwar 100 persuna minn fost dawn li qegħdin jingħataw appuntament biex ikunu jistgħu jingħataw it-tilqima.

Il-Ministru appella wkoll lill-ġenituri ta’ tfal li għalqu t-12-il sena fl-aħħar ġimgħat biex issa li saru eleġibbli jċemplu fuq l-145 biex huma wkoll ikunu jistgħu jitlaqqmu.

Interval bejn it-tieni u t-tielet doża

Rigward l-interval bejn it-tieni u t-tielet doża, il-Ministru qal li dan il-perjodu jvarja skont l-età. Skont il-kumpaniji li jimmanifatturaw id-dożi, dawk l-aktar vulnerabbli, il-perjodu minimu ma jistax ikun ta’ inqas minn tliet ġimgħat. Dawn ta’ taħt is-70 sena, dan l-interval irid ikun ta’ mill-anqas sitt xhur.

Fejn jidħlu dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, dan il-perjodu tnaqqas għal erba’ xhur minħabba l-kuntatt tagħhom.

Kollox jindika li l-maskri fl-iskejjel qed inaqqsu l-firxa

Tkellem ukoll dwar l-iskejjel. Sa minn meta nfetħu l-iskejjel kien hemm 152 każ relatati u minn fost dawn kien hemm 10 każijiet ta’ żewġ studenti jew iktar li ħaduha mingħand xulxin. Huwa spjega li dan juri li l-maskri fl-iskejjel qegħdin ikunu utli u b’hekk għal dan it-term se tkun obbligatorja li dawn jibqgħu jintlibsu. Wara l-vaganzi tal-Milied se tkun qiegħda ssir reviżjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Ekonomija

Sport