“Ma is-sena l-oħra kantajtlek happy birthday mill-kamra ġewwa l-Isptar. Illum qiegħed inkantalek xorta mill-ġenna mingħajr tbatija”. Dan intqal fuq Facebook ta’ missier Jake Vella, Josie hekk kif fakkar il-memorja ta’ meta ibnu kien daqq il-pjanu f’għeluq snin martu Maruska Vella.
Intant, f’messaġġ separat, huwa kiteb hekk: “Awguri għal għeluq sninek għażiża tagħna, għalkemm diffiċli illum għalik għax biċċa minnek mhux qiegħed magħna persważ li Jake Vella qiegħed jieħu ħsiebek min fejn qiegħed”