Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-crossfit u r-Regatta?
Jien dejjem kelli background sportiv minn etá żgħira ħafna peró minn ċkuniti dejjem kont nara lil missieri jieħu sehem fir-Regatta li kien ta’ ispirazzjoni kbira għalija u b’hekk wasalt fejn wasalt illum.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq is-suċċess inkredibbli li kisbt f’Napli, l-Italja meta temmejt fl-ewwel post f’kompetizzjoni prestiġjuża tal-crossfit?
Kienet kompetizzjoni diffiċli mmens fejn kien hemm ħafna timijiet minn bosta pajjiżi differenti. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil sħabi Dirk u Damian ta’ kemm jgħinuni ta’ kuljum fit-taħriġ tagħna u jkunu ta’ sapport kbir għalija.
Kif tqis il-livell tal-crossfit u tar-Regatta f’pajjiżna fil-preżent?
Il-livell tal-crossfit u tar-Regatta f’Malta dejjem qed jogħla u jitjieb. L-atleti qed isiru iktar professjonali u għalkemm m’għandniex l-opportunitajiet ta’ atleti full- time, xorta kulħadd jagħmel l-almu tiegħu kif jista’.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-crossfit u r-Regatta?
Għalkemm dis-sena kienet sena tajba ħafna għalija kemm fir-Regatta u anke fil- crossfit, nemmen li dan għadu l-bidu ta’ kollox u għandi potenzjal kbir!
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-crossfit u r-Regatta.
Il-messaġġ tiegħi huwa biex ma taqta’ qalbek qatt … ħa ssib ħafna ostakli imma jekk titfa’ moħħok hemm u tirsisti b’qalbek kollha għal dak li trid xejn mhu impossibli!