Saturday, October 12, 2024

Għalkemm Jake m’għadux magħhom, żammewh viċin qalbhom matul il-mixja ta’ Puttinu

Aqra wkoll

Ir-riħ qawwi ta’ matul il-lejl ma waqqafx il-mijiet ta’ persuni li pparteċipaw għall-mixja ta’ Puttinu. Fost dawn kien hemm Jeanelle u Kevin li għalkemm binhom Jake m’għadux magħhom xorta għamlu l-mixja b’wiċċu pprintjat fuq il-flok viċin qalbhom. L-aħħar medalja li rebaħ il-mibki Dr Victor Calvagna kien iddedikaha lil Jake.

Barra minn hekk, il-ġenituri se jkunu qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom fil-maratona ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu li se tibda fl-10:00 a.m.

F’ritratti oħra li nxterdu fuq il-midja, persuni ta’ kull età esprimew is-sodisfazzjon tagħhom wara li rnexxielhom jimxu mal-bqija tal-folla, anke jekk mhux fl-aqwa kundizzjonijiet meterjoloġiċi.

Sport