Sunday, December 22, 2024

Għall-ewwel darba l-Ukreni jiċċelebraw il-Milied illum

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba l-Ukreni qegħdin jiċċelebraw il-Milied illum u dan b’turija li komplew ineħħu kull rabta mat-tradizzjoni Russa. S’issa l-Ukreni Ortodossi Kristjani kienu jiċċelebbraw il-Milied fis-7 ta’ Jannar li hija l-istess ġurnata li fiha jiġi ċċelebbraw il-Milied Russu.

Mijiet kbar ta’ persuni lbieraħ filgħaxija attendew għas-servizz fil-katidral ta’ St Michael’s fil-kapitali Ukrena.

Kien il-President Ukren Volodymyr Zelensky li f’Lulju li għadda biddel il-liġi u ta permess lil Ukreni biex “jabbandunaw it-tradizzjoni Russu” u jibdew jiċċelebraw il-Milied fil-jum propja tiegħu.

F’messaġġ li għadda lbieraħ, il-President Zelensky qal li l-Ukreni issa qegħdin magħqudin anke fil-jum tal-Milied “fejn il-pajjiż kollu jiċelebraw din il-ġurnata bħala familja kbira, bħala nazzjoni wieħed u bħala pajjiż magħqud.”

Ekonomija

Sport