Monday, December 23, 2024

Għall-ħames jum konsekuttiv, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-496 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa

Aqra wkoll

Tmien persuni mmultati €100 talli kienu fi gruppi ta’ aktar minn tlieta

Tmien persuni ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern. Intant, għall-ħames jum wara l-ieħor, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fl-496 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Aħbar pożittiva hija wkoll li l-ebda stabbiliment tal-ikel jew tax-xorb ma nqabad miftuħ jikser ir-regolamenti imposti biex irażżnu l-firxa tal-COVID-19 waqt aktar minn 1,300 spezzjoni minn uffiċjali tal-MTA fl-aħħar 24 siegħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa mhux qed jieħdu n-numru tal-lum, ta’ 52 każ ġdid, b’sorpriża. Mill-modelling li qed isir, kien previst li l-figura ta’ 300 każ kellha tintlaħaq il-ġimgħa li għaddiet. Il-fatt li dan l-iżvilupp seħħ ftit tal-ġranet wara jfisser li l-miżuri li daħlu, skont l-evidenza xjentifika, qed jiġu osservati b’mod tajjeb mill-poplu tagħna.

Ekonomija

Sport