L-ewwel impressjoni li tieħu ta’ dan ir-ritratt miġbud minn wieħed mill-fotografi ta’ dan is-sit Roger Azzopardi hu li dan ix-xini daħal għal irdoss tal-Bajja tal-Mixquqa fil-limiti tal-Imġarr.
Xini li ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna li resqu fi trufijiet tal-blat biex jarawh mill-qrib. Dan ix-xini fil-fatt qed jintuża fil-ġbid ta’ film li qed jinħadem f’pajjiżna dwar Napuljun.