Friday, April 19, 2024

Għalliema Ċiniża tingħata l-piena tal-mewt wara li vvelenat studenti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-qorti Ċiniża tat sentenza tal-mewt lill-għalliema ta’ tfal żgħar wara li din instabet ħatja bi vvelenar ta’ 25 tifel u tifla, li wieħed minnhom miet. 

Wang Yun kienet arrestata s-sena li għaddiet wara li tfal mill-kindergarten ġewwa l-belt ta’ Jiaozuo kellhom jiddaħħlu b’urġenza l-isptar wara li ħassewhom ma jifilħux eżatt wara l-kolazzjon. 

Fil-qorti ħareġ li din l-għalliema poġġiet nitrit tas-sodju fil-kolazzjon ta’ studenti ta’ kollega tagħha wara li kellha argument jaħraq magħha. L-inċident kien seħħ fis-27 ta’ Marzu li għadda u dan kien ixxokkja lill-pajjiż kollu. 

Fil-qorti ħareġ ukoll li din mhix l-ewwel darba li Wang Yun kienet ipprovat tivvelena persuni. Hija kellha każ ieħor fejn xtart nitrit minn fuq l-internet u pprovat tivvelena lir-raġel tagħha. 

Sport