Monday, December 23, 2024

“Għamilna daqshekk ġid mill-Oppożizzjoni, nagħmlu aktar jekk tafdawna”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt attività politika f’Marsaskala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-partit immexxi minnu ġġieled għall-Iskalin u Robert Abela kellu jċedi quddiem dik il-pressjoni.

Grech qal li meta l-gvern ried jaħkem il-bajja biex igawduha dawk li għandhom il-miljuni, il-Partit Nazzjonalista għamel pressjoni biex flimkien ma’ entitajiet oħra waqqa’ dan il-proġett.

“Allura la aħna nagħmlu daqshekk ġid f’Oppożizzjoni f’minoranza, kemm aktar u aktar nistgħu nagħmlu ġid jekk inti tafdana biex immexxu dan il-pajjiż”, tenna Grech.

Huwa stieden lil dawk kollha li qegħdin jaħsbuha jekk jafdawhx biex jagħżlu lill-Partit li qiegħed hemm biex jisma’ bi pjan soċjoekonomiku biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Ekonomija

Sport