Thursday, March 28, 2024

“Għamilt 45 sena barra minn Malta u lsieni ma nsejtux” – Mario Philip Azzopardi

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ żvolġew il-Malta Film Awards, diskors li ntlaqa’ tajjeb ferm mill-pubbliku kien dak li qal Mario Philip Azzopardi li ġie premjat “Best Lifetime Achievement”

Fil-ftit kliem li qal, iżda li bosta faħħru u sostnew li jfisser ħafna, Azzopardi qal: “Għamilt 45 sena barra minn Malta u lsieni ma nsejtux. Biex vera jkollna industrija Maltija, hemm bżonn li nifhmu xi ħaġa importanti ħafna li l-istejjer li rridu ngħidu huma l-istejjer tagħna u mhux ta’ ħaddiehor.”

Azzopardi ħadem fuq diversi produzzjonijiet f’Malta u barra minn Malta tul il-karriera tiegħu. Fost l-oħrajn f’dawn l-aħħar snin huwa ħadem fuq produzzjonijiet bil-lingwa Maltija fit-televiżjoni, it-teatru u ċ-ċinema, fosthom il-film “Ħabbilni ħa nirbaħ”.

Fi kliem il-Ministru Clayton Bartolo, il-Malta Film Awards huma ċelebrazzjoni tal-futur sabiħ li għandha l-industrija tal-films f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport