Wednesday, April 24, 2024

Tinstab anzjana li ntilfet dan il-lejl fuq irdum

Aqra wkoll

Il-Pulizija qalet li tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10.00p.m., uffiċjali mid-Distrett tal-Qawra ġew ikkuntattjati minn qarib ta’ mara anzjana ta’ 83 sena u ġew infurmati li din ma rritornatx id-dar wara li ħarġet mixja fil-Mellieħa u fl-aħħar kuntatt mal-familjari qabel ma spiċċatilha l-batterija tal-mobile, qaltilhom li kienet intilfet f’żona rurali.

L-uffiċjali bdew ifittxu immedjatament fl-inħawi rurali tal-lokalità u b’xorti t-tajba rnexxielom isibu lill-anzjana f’irdum qrib Triq Dun Belin Azzopardi għall-ħabta tas-2.00a.m.

Fuq il-post issejħet ambulanza imma fortunatament il-mara ma’ sofrietx ġrieħi u rritornat lura mal-qraba tagħha.

Sport