Sunday, May 5, 2024

“Għamilt żmien nibża’… rajt partitarji ppressati mal-ħajt li ġġarraf f’Heysel Stadium”

Partitarju ta’ Liverpool li kien preżenti fit-traġedja ta’ Heysel bħal lum 37 sena ilu

Aqra wkoll

Bħal-lum 37 sena ilu, eżattament fid-29 ta’ Mejju 1985, seħħ id-diżastru tal-Heysel meta l-biċċa l-kbira tal-partitarji ta’ Juventus ġew ippressati ma’ ħajt li ġġarraf fil-Heysel Stadium fi Brussell, il-Belġju, qabel ma bdiet il-Finali tat-Tazza Ewropea tal-1985 bejn il-club Taljan ta’ Juventus u dak Ingliż ta’ Liverpool. 39 persuna – l-aktar Taljani u partitarji ta’ Juventus mietu u 600 persuna weġġgħu f’din it-traġedja.

Talk.mt tkellem ma’ Noel Vella, partitarju ferventi ta’ Liverpool li nzerta kien hemm għalkemm ma weġġgħax fejn tana d-dettalji kollha tal-esperjenza li għaddha minnha.

Fi kliemu: “Konna grupp m’Albert Tours, konna f’żona Z fejn ġara l-każ. Il-ground tliet kwarti minnu kien Taljan u curva waħda kienet nofsha Ingliżi u naħa suppost Belġjani u turisti. Li ġara l-Belġjani biegħu l-biljetti lit-Taljani u dik in-nofs curva gejna hana u Taljani wkoll. Liverpol vera ma kellhomx postijiet fil-ground. Barra minn hekk il-parti fejn konna aħna kienet over populated fejn jekk kien suppost kien hemm 4,000 persuna kien hemm 7,000 persuna. L-Ingliżi bdew iċaqilqu l-fence ta’ bejn il-curva u garaw xi ġebel ukoll, imbagħad jien qbiżt għal fuq tank bħal ta’ bawżer imbagħad minn fuqu għall-art. Kien għad kelli biss 19-il sena … imbagħad waqa’ l-ħajt.”

Noel Vella/ Ritratt: Roger Azzopardi

Huwa fatt magħruf li hawn min jagħti t-tort lill-partitarji ta’ Liverpool għal dan l-akkadut. X’kellu xi jgħid Noel għal dan? ‘Liverpool għandhom parti mit-tort peró l-organizzazzjoni tal-finali kienet ħażina għax jekk il-ground kien jesa’ 40,000 persuna ma kellux ikun hemm 35,000 Taljani. L-Ingliżi ħallewlhom parti waħda biss. In-nies mietu mhux għax qatluhom l-Ingliżi iżda għax waqa’ dak il-ħajt tal-konkos. Jien tlajt ma’ dak il-ħajt u qbiżt. Siegħa wara li qbiżt jien dak il-ħajt kien waqa’ bir-rassa tan-nies.’

“Qisu lbieraħ din l-esperjenza tibqa’ mmarkata f’moħħi għal dejjem. Fil-jiem ta’ wara kelli ftit fobia mill-magħluq fosthom meta nidħol f’lift. Illum għelibt din il-biżá u ma nibżgħax nidħol fi ground fejn f’dawn l-aħħar snin, attendejt għal diversi logħbiet f’divesi stadia madwar l-Ewropa. Dan għalkemm għamilt xi żmien ma kontx nattendi. Insemmi wkoll li fl-1994 erġajt mort Heysel biex nerġa’ nara l-ground fejn seħħet din it-traġedja.”   

Sport