Sunday, May 19, 2024

Kamala Harris titlob għal projbizzjoni ta’ armi semi-awtomatiċi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris talbet għal projbizzjoni ta’ armi semi-awtomatiċi (magħrufa bħala assault weapons) wara l-aħħar żewġ sparaturi tal-massa fil-pajjiż.

Harris qalet dan meta attendiet għall-funeral ta’ Ruth Whitfield ta’ 86 sena, li nqatlet f’supermarket f’Buffalo fl-14 ta’ Mejju li għadda.

L-isparatura seħħet għaxart ijiem biss qabel twettaq attakk ieħor, din id-darba fi skola primarja f’Texas li ħalliet 19-il tifel u tifla u żewġ għalliema mejta. 

Harris, filwaqt li elenkat dawn l-attakki u oħrajn, qalet li wasal iż-żmien li ngħidu “daqshekk” għall-vjolenza bl-armi u “kulħadd ikollu l-kuraġġ li jagħmel xi ħaġa dwarha.”

Hija żiedet li s-soluzzjoni kienet ċara – u kienet tinkludi affarijiet bħal iżjed kontrolli u projbizzjoni fuq dawn it-tip ta’ armi.

“Tafu x’inhuma dawn l-armi?”, hija staqsiet. “Din hija ddisinjata għal skop speċifiku: li toqtol ħafna bnedmin malajr. Huma armi tal-gwerra, li m’għandhomx posthom f’soċjetà ċivili.” 

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena involut fl-isparatura f’Uvalde t-Tlieta li għadda, kellu żewġ xkubetti semi-awtomatiċi AR-15, li minn tal-inqas wieħed minnhom huwa rrappurtat li nxtara ftit wara għeluq sninu. Wara li nqatel, il-pulizija sabu mal-1,657 munizzjon u 60 magazin fil-pussess tiegħu.

Sport