Iż-żagħżugħ Bjorn Formosa, fuq is-sit soċjali ta’ Facebook appella għall-għajnuna tal-poplu Malti u Għawdxi hekk kif it-tieni Dar Bjorn kulma tmur qed toqrob lejn il-ftuħ tagħha.
F’appell imqanqal, Formosa kiteb li “għandi bżonn l-għajnuna tagħkom u għandna bżonn nagħtu l-aħħar imbuttatura biex niffinalizzaw il-proġett tat-tieni Dar Bjorn.”
Bjorn Formosa ilu għal dawn l-aħħar snin ibati mill-kundizzjoni ALS, marda li taffetwa n-nervituri tal-ġisem, b’konsegwenza li kapaċi tipparalizza persuna.