Friday, December 13, 2024

“Għandna bżonn $750 biljun għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna”

Il-Prim Ministru Ukren Denys Shmyhal

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ukren Denys Shmyhal iddikjara aktar kmieni li l-Ukrajna teħtieġ għal pjan ta’ rkupru wara l-invażjoni tar-Russja.

Waqt konferenza għall-Irkupru tal-pajjiż li saret fl-Isvizzera, Shmyhal qal li hu stmat li l-aggressjoni Russa ħalliet ħsara infrastrutturali diretta li tammonta għal aktar minn $100 biljun.

Il-konferenza ta’ jumejn f’Lugano, li fiha tkellem ukoll il-President Zelensky, qed tiġbor flimkien diversi mexxejja dinjin u NGOs bil-għan li jitfassal pjan direzzjonali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna wara l-gwerra.

Min-naħa tiegħu l-President Ukren f’kollegament virtwali qal li r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna għandha tinvolvi l-ħidma tad-dinja demokratika kollha u li l-kontribut ta’ kulħadd huwa sapport tal-paċi fuq livell globali.

Ekonomija

Sport