Monday, April 29, 2024

ARA: Workshop li jressaq lit-tfal biex jiskopru dwar l-armar tal-festa fl-Imqabba

Aqra wkoll

Il-Klabb Tfal tat-Titular b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Armar fi ħdan is-Soċjeta’ Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba matul tmiem il-ġimgħa organizzaw Workshop għat-Tfal dwar l-Armar tal-Festa. Din kienet esperjenza mill-aqwa għal dawn it-tfal li setgħu jaraw mill-qrib kif isiru xi ftit mill-ħafna proċessi li jeżistu fl-arti tal-Armar tal-Festa. It-tfal ingħataw ukoll l-opportunità li huma wkoll imiddu jdejhom u jippruvaw xi wħud minn dawn il-proċessi fosthom il-proċess tal-Irħamar kif ukoll tal-ħdim tal-liedna.

Dan il-workshop li kellu l-intenzjoni li jibda jressaq lit-tfal żgħar sabiex jiskopru li hemm arti infinita fejn jidħol l-armar tal-Festa u din tista’ wkoll isservi sabiex it-tfal tal-lum li huma iż-żgħażagħ futturi jidħlu fid-dinja tal-volontarjat li jista’ jagħti għadd ta’ sodisfazzjon.  Kif ukoll, sabiex din is-snajja tradizzjonali u antika li għaddewlna ta’ qabilna aħna wkoll ngħadduha lil ġenerazzjonijiet futuri.

Sport