Friday, March 7, 2025

“Għandna ħafna x’nitgħallmu mill-annimali- il-lealtà tagħhom, il-maħfra tagħhom u l-kapaċità bla tarf tagħhom li jafdaw minkejja dak li ġarrbu”- Maria D’Amato

Aqra wkoll

“Dan ir-ritratt jista jidher ordinarju għal xi wħud, iżda għal dawk li verament jifhmu l-annimali, għandu piż emozzjonali profond. Din hija Toyah, li qattgħet l-aħħar sena tgħix waħedha f’dar”.

Dan kien parti mill-messaġġ li wasslet Maria D’Amato fuq Facebook, fejn spjegat li lbieraħ, qabditha biex toħodha tiltaqa ‘ma’ l-familja futura tagħha possibbli u li fil-mument indunat li meta kienu waħedhom fil-karozza, bil-mod serħet rasha fuqha – bħallikieku fis-skiet tgħid, “Agħmel kull ma trid miegħi… Jien nafdak.”

D’Amato qalet ukoll; “kelba li lanqas biss tafni, iżda poġġiet ruħha kollha f’idejja mingħajr tfixkil. Għandna ħafna x’nitgħallmu mill-annimali — il-lealtà tagħhom, il-maħfra tagħhom, u l-kapaċità bla tarf tagħhom li jafdaw minkejja dak li ġarrbu”

Irrimarkat li l-annimali mhumiex oġġetti li jgħaddu minn id għall-oħra u li jekkk xi ħadd jikkunsidra li jadotta jew li jixtri annimali domestiċi, dan għandu jagħmel ix-xogħol tad-dar tajjeb. Dan minħabba li huma jistħoqqilhom imħabba u dar għal dejjem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport