Saturday, December 21, 2024

“Għandna kollox costed, għandna pjan finanzjarju imma għandna wkoll viżjoni għalik”

Aqra wkoll

Minn ġewwa l-lokalità tas-Swieqi, il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li żgur li lokalitajiet differenti partikolarment din il-lokalità tas-Swieqi, hemm bżonn li jinħolqu aktar spazji miftuħa.

Qal li huma identifikaw spazju li sal-lum għadu privat u qiegħed biswit il-Kunsill Lokali imma li huma bħala Gvern Nazzjonalista jridu jixtru u jagħtu lura dan l-ispazju lil-lokalità biex fih ikun hemm spazju  kulturali, għan-nies tal-lokalità u  fil-livell tal-art jagħmlu spazju pubbliku mħaddar.

Tkellem li l-iżvilupp f’pajjiżna jrid ikun wieħed sostenibbli u jagħti l-opportunità lil kulħadd biex filwaqt li jkollna fejn ngħixu jkollna kwalità tal-ħajja. Qal li għalhekk importanti li jkollna Awtorità tal-Ippjanar mhux Awtorità biss tal-permessi.

Sostna li l-viżjoni tagħhom qed tagħti direzzjoni fejn jixtiequ jieħdu l-pajjiż. “Għandna kollox costed, għandna pjan finanzjarju imma għandna wkoll viżjoni għalik. Viżjoni li se tagħtik l-opportunità li tgħix ħajja ta’ kwalità u taħdem imma li wkoll tgħix. Il-PN huwa dak il-partit li għandu viżjoni għall-pajjiż, li għandu pjan kif se jkun qed isaħħaħ l-ekonomija ta’ pajjiżna b’10 setturi  ekonomiċi ġodda. Ejjew flimkien miegħi nbidlu lil dan il-pajjiż,” qal Grech

“Jien qiegħed miegħek, nitolbok biex anke int tkun miegħi. Mur iġbor dak il-vot ħalli nhar is-Sibt li ġej inti tagħżel Malta, tagħżel  lill-PN,” temm jgħid.

Ekonomija

Sport