Friday, December 13, 2024

“Għandna l-ogħla rata fid-dinja ta’ persuni adulti li ħadu l-booster” – id-DPM

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ta aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna u t-tnaqqis fir-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija biex nimxu lejn iktar normalità.

“Wieħed jinnota li n-numru ta’ każi fil-komunità baqa’ baxx. Bħalissa hemm 733 każ pożittiv fil-komunità u hemm 44 każ pożittiv f’Mater Dei, tlieta fl-ITU. Dan jindika li hekk kif nirrilaxxaw mill-miżuri, in-numri speċjalment fl-istparijiet mhux jitilgħu b’xi mod li ma nistgħux inkampaw magħhom.”

Huwa qal li “il-politika tagħna mhix ta’ zero covid, imma li rridu naraw li jkollna biżżejjed servizzi u riżorsi fl-isptarijiet tagħna speċjalment fl-ITU biex qatt ma nkunu f’sitwazjoni fejn ma nistgħx nagħtuu l-kura li għandna bżonn.”

Fearne qal li ngħataw kważi miljun u kwart doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u llum għandna 342,000 li ħadu l-booster. Dan ifisser li għandna l-ogħla rata fid-dinja ta’ persuni adulti li ħadu l-booster (80%). Fejn jidħlu tfal ta’ bejn 5 u 11-il sena ngħataw 26,000 doża. 

Ekonomija

Sport