Monday, November 18, 2024

“Għandna Oppożizzjoni li sejra mill-ħażin għall-agħar”

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni tal-Oppożizzjoni li stqarr li mill-ħażin sejra għall-agħar. Huwa nnota l-kummenti li għamel l-eks Kap tal-Oppożizzjoni li qal li l-ġlied fil-PN waqaf imma minflok il-ġlied daħlet l-apatija. “Lanqas għaddew ftit sigħat minn kliemu, mar il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-lum u ta intervista. Tafu xi ġlied reġa’ faqqa’ fuq dik l-intervista.”

Il-Prim Ministru sostna li “hawn tikber iktar ir-responsabbiltà tagħna li nibqgħu umli man-nies, li nibqgħu nirrispetaw li-nies, li nibqgħu ffukati fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet u li nibqgħu ngħollu l-livelli tagħna. Fuq kollox hemm tikber iżjed ir-responsabbiltà tagħna li nkunu man-nies.

“Għaliex aħna Gvern man-nies, dejjem fhimna l-isfidi. Qatt m’għedna li l-faqar perċezzjoni jew ma jeżistix anzi tlaqna mill-punt li l-faqar huwa realtà. Għalhekk f’pandemija rajna li nipproteġu l-iktar lil min qiegħed fil-faxxa t’isfel tas-soċjetà. Għamilnieh waqt pademija u fl-ewwel xhur ta’ din is-sena meta faqqgħu realtajiet ġodda u hekk se nibqgħu nagħmlu. 

“Għax aħna Gvern man-nies qatt m’għedna li min jitħasseb dwar is-sigurtà qed jgħaġġibhom. Anzi morna fil-lokalitajiet, iltqajna mas-Sindki taż-żoni li huma l-aktar milquta, smajna mingħandhom u offrejna s-soluzzjonijiet.

“Għax aħna Gvern man-nies fhimna l-isfida li ġġib magħha l-inflazzjoni. Għalhekk ħadna deċiżjoni strateġika li nerfgħu ż-żieda kollha fis-settur tal-enerġija, tal-fjuwils, tal-gass u għenna fl-importazzjoni tal-qmugħ u ċ-ċereali. Kieku ma ħadniex din id-deċiżjoni strateġika illum għandna inflazzjoni li telgħet kif telgħu r-rati ta’ żieda fl-ogħli tal-prezzijiet ta’ kull pajjiż ewropew.”

Ekonomija

Sport