Tuesday, May 14, 2024

Portugiża mixlija li daħħlet f’Malta erba’ Kilogrammi eroina

Aqra wkoll

Portugiża ta’ 22 sena nżammet taħt arrest preventiv wara li tressqet il-Qorti mixlija li daħlet f’pajjiżna madwar erba’ kilogrammi sustanza suspettata droga eroina.

Lara Alexandra De Melo Vital Tomas twaqqfet ilbieraħ mill-Pulizija hekk kif waslet Malta b’titjira minn Pariġi, Franza, wara informazzjoni li x’aktarx kienet qiegħda ġġorr sustanza llegali.

Assistiti minn uffiċjali tad-Dwana, il-Pulizija fetħu l-bagalja u f’qiegħ falz instab pakkett kbir li fih kien hemm l-allegat droga, b’valur fit-triq ta’ madwar €520,000.

Lara tressqet quddiem il-Maġistrat Nadine Lia mixlija b’pussess u traffikar tad-droga. Hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħha iżda nżammet arrestata filwaqt li kellha l-assi tagħha ffriżati.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Jonathan Pace u John Leigh Howard.

Sport