Sunday, December 22, 2024

“Għandna pjan ambizzjuż ħafna għall-għalliema fil-manifest elettorali”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima qal li gvern Laburista jagħti garanzija lit-tfal u dan wara diskussjonijiet mat-tfal, il-ġenituri u l-għalliema.

Il-Ministru Grima qal li gvern Laburista se jkun qiegħed jagħti perkors edukattiv li jibda mill-ewwel xhur tal-ħajja u għalhekk se jkun provdut servizz ta’ Child Care b’xejn għat-tfal kollha tal-pajjiż.

Tkellem ukoll dwar l-aċċess sħiħ tal-oqsma kurrikulari biex it-tfal ikomplu jimirħu fl-aspett soċjali biex tiżdied l-inklużjoni. Dan se jsir permezz ta’ €300 f’tax credit biex it-tfal jersqu biex jesperjenzaw dawn l-attivitajiet. 

Il-laptop b’xejn lill-istudenti tas-seba’ sena u l-estenzjoni tal-one tablet per child għall-istudenti tas-sekondarja turi kemm dan il-gvern se jassigura li jkompli jibni fuq l-aspett teknoloġiku biex jibqa’ jipprovdi l-għodda kollha neċessarja. L-uniformi, internet bażiku u anke nuċċali tal-vista minn familji bi dħul baxx jikkumplimentaw tajjeb għall-wegħda ta’ garanzija għat-tfal kollha.

Rigward l-għalliema, Grima qal li gvern Laburista ġdid għandu pjan ambizzjuż ħafna għall-għalliema fil-manifest elettorali li qegħdin isegwu numru ta’ laqgħat bi stampa ċara.

“Aħna nemmnu li intkom kruċjali fl-iżvilupp sħiħ ta’ uliedna u għalhekk aħna se nkunu qegħdin nirrikonoxxu din il-ħidma tagħkom”, tenna Grima.

Ekonomija

Sport