“Fiduċjuż li għandna tim kompetenti u kredibbli li jinsab lest li l-pjan li għandna jwettqu u jagħmlu realtà”. Ħabbar dan aktar kmieni l-Prim Ministru Robert Abela waqt it-tnedija tal-kandidati tal-Partit Laburista.
Abela qal li filwaqt li l-partit immexxi minnu qiegħed jippreżenta 1,000 proposta, fuq in-naħa l-oħra hemm Partit Nazzjonalista li qiegħed jippreżenta manifest elettorali kollu “imma” u “jekk”.
Abela qal li t-tim tal-Partit Laburista jistħoqqlu l-fiduċja tal-elettorat għax jista’ joffri ċertezza u stabbilità.
Il-Kandidati tal-Partit Laburista huma 69 u ġejjin minn oqsma differenti b’talent li fi kliemu stess hemm individwi li ħadmu biswit tiegħu f’dawn is-sentejn ta’ sfidi li ġabet magħha l-pandemija.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li sodisfatt li t-tim tal-partit immexxi minnu ġibed numru ta’ nisa ta’ kalibru li rnexxew fil-karrieri rispettivi tagħhom.
ARA LIEMA HUMA L-KANDIDATI MINN HAWN TAĦT: