Tuesday, May 14, 2024

“Għasruni u remewni” – Tirriżenja bħala Kunsilliera tal-PN

Aqra wkoll

Doris Borg irriżenjat bħala Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fix-Xgħajra u se tibqa’ fil-Kunsill Lokali bħala Kunsilliera indipendenti.

Ħabret dan fl-aħħar sigħat fuq il-paġna tal-midja soċjali fejn qalet li kienet aċċettat li tkun kandidata fl-Elezzjoni li għaddiet mal-PN, biex tagħmel pass ieħor ‘il quddiem biex tkun ta’ aktar servizz u għajnuna għal kulħadd.

“Sfortunatament, seħħew avvenimenti li żgur mhux se jkunu ta’ aħbar li tieħdu gost biha. Fut it-tieni Distrett konna żewġ kandidati nisa. B’dispjaċir kbir ngħid li promozzjoni kbira, speċjalment fuq il-midja tal-partit, ġiet mogħtija lill-kandidata l-oħra, filwaqt li jien ġejt imwarrba u tista’ tgħid mitfugħa għal kollox fil-ġenb.”

“Dan irrifletta sew fuq ir-riżultat li ksibt. Mhux biss ġejt iddiskriminata imma d-dinjità tiegħi ġiet ikkalpestata. Minflok għenuni biex inkompli l-ħidma sfiqa fost in-nies, għasruni u remewni. Għaldaqstant mil-lum jien se nkun naqdi dmiri bħala Kunsilliera Lokali Indipendenti. Kunsilliera li kif dejjem għamilt, se nkompli naqdi u nservi lil kulħadd bl-ikbar sinċerità u lealtà.”

Sport