Monday, April 29, 2024

Anġlu Farrugia se jibqa’ Speaker għal leġiżlatura oħra

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ftit wara li dalgħodu sar il-ġurament tal-ħatra ta’ żewġ Segretarji Parlamentari ġoddda, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Anġlu Farrugia se jkun l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati għal leġiżlatura oħra.

Abela qal li m’għandux ikun hemm bidla fil-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u b’hekk għal din il-leġiżlatura se jibqa’ Anġlu Farrugia.

Din ser tkun it-tielet leġiżlatura li fiha Farrugia ser ikun qed iservi bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Sport