Tuesday, April 16, 2024

Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira ġewwa l-Fgura b’ċena “life size”

Aqra wkoll

Kif ippubblikat minn dan l-istess sit ftit tal-jiem ilu, il-Fgura saret sinonima mal-wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Permezz ta’ dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn Wirja oħra li qed tittella f’dawn iż-żminijiet. 

Din il-wirja tinsab Triq Ward tax-Xemx, ġewwa l-Fgura. Wieħed jista’ jasal sa ħdejn il-grawnd tal-futboll u jitla t-tela’ li tinsab mal-ground fejn hemm wieħed jista’ jsib is-sinjali għal din il-wirja.

F’din il-wirja, li qed tiġi organizzata minn Christ Bonello, wieħed jista’ jara ċena ‘life size’, minjatura b’sett statwi ta’ 18-il vara ta’ sitt pulzieri, purċissjoni, statwi ta’ pied, pitturi u statwi oħra ‘life size’.

F’Ħamis ix-Xirka l-wirja tkun miftuħa mid-9.00a.m. sa 12.00p.m. u mill-4.00p.m. sa 00.00a.m.

Fil-Ġimgħa Kbira din se tkun miftuħa mid-9.00a.m. sa 12.00p.m. u mit-3.00p.m. sad-9.00p.m.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 77246356.

Ekonomija

Sport