Saturday, December 21, 2024

Għat-tielet darba … jerġgħu jipprovaw joqtlu lil Trump

Aqra wkoll

Għat-tielet darba l-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump spiċċa fil-mira ta’ attakk minn persuna armata.

Waqt li Trump kien qiegħed jitkellem f’Coachella Valley, is-servizz sigriet waqfu raġel armat u li kellu wkoll passes foloz madwar nofs mil minn fejn kienet qed iseħħ l-attività.

Skont investigazzjonijiet li għaddejjin jidher li r-raġel kien sejjer lejn l-attività ta’ Trump biex ikun jista’ jisparalu bit-tama li joqtlu. Is-Servizz Sigriet induna bil-persuna li ġiet iddentifikata bħala Vem Miller saq il-karozza tiegħu f’checkpoint u ppreżenta dokumenti foloz. Hu kien qiegħed jittama li jidħol fiż-żona tal-VIP biex ikun kemm jista’ jkun qrib Trump.

Minkejja dan l-attentat ta’ qtil fuq ħajtu, Trump xorta waħda kompla bl-attività fejn issa l-kampanja elettorali daħlet fl-aħħar fażijiet tagħha.

Ekonomija

Sport