Għat-tielet jum konsekuttiv Malta ma rreġistrat l-ebda każ ġdid ta’ infezzjonijiet bil-Covid-19. Dan ħabbru l-Ministeru għas-Saħħa fl-aġġornament ta’ kuljum dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.
Intant sadanittant irkupraw tliet persuni oħrajn, biex it-total ta’ każi attivi f’pajjiżna niżel għal 22 każ.
Matul l-aħħar 24 siegħa saru 516-il swab test.
Mit-22 każ attiv f’pajjiżna, hemm seba’ pazjenti li qed jirċievu kura fi sptarijiet. Wieħed mill-pazjenti qed jinżamm fl-Isptar Mater De, pazjent ieħor qed jinżamm fl-Isptar Karin Grech, tliet pazjenti qed jinżammu fl-Isptar Boffa, filwaqt li tnejn oħrajn qed jirċievu kura fl-Isptar St Thomas.