Saturday, December 21, 2024

Għat-tieni darba fi ftit minuti Grech isostni li l-PM qiegħed jikkupjalu l-proposti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-indirizz politiku tiegħu minn Ħal Għaxaq, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li determinati li l-programm elettorali u l-viżjoni tagħhom għal Malta determinati li wettquh għax jemmnu fih.

Għat-tieni darba fi ftit minuti hekk kif qabel kien ukoll f’Bormla, Grech saħaq li “ħaddieħor bħalissa qiegħed jikkopja l-proposti tagħna, qiegħed jifli biex jara kif se jipprova jieħu xi ideat mingħandna u għalhekk l-għażla hija ċara jekk tridx l-oriġinali jew il-kopja”.

Grech qal li l-Partit Nazzjonalista ħareġ bl-ideat wara konsultazzjonijiet sħaħ ma’ kulħadd, anke fil-clusters tal-istess partit u d-deputati biex f’kull miżura li ħabbar qiegħed jispira dejjem iżjed nies.

“Gvern Nazzjonalista li kellu viżjoni u għandu viżjoni wkoll għall-futur, iwettaq dak li pjanajna għall-futur tal-pajjiż”, tenna jgħid Grech.

Ekonomija

Sport