Saturday, December 21, 2024

Għat-tieni jum konsekuttiv aktar każi ta’ fejqan minn ġodda – Imfejqa 1,107 persuna

Aqra wkoll

Għat-tieni jum konsekuttiv, kienu ddikjarati aktar nies imfejqa mill-COVID-19 milli nstabu każi ġodda. Fil-fatt, skont l-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet tas-saħħa, kienu ddikjarati mfejqa 1,107 persuna, filwaqt li nstabu 762 każ ġdid ta’ COVID-19.

Fl-aħħar 24 siegħa tħabbret il-mewt ta’ raġel u mara fl-etajiet ta’ 89 u 71 sena li mietu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19.

Preżentament, fl-Isptar Mater Dei hemm 127 persuna, b’sitta minn dawn jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Il-proċess ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel u tajjeb tant li bħalissa, mlaqqma bit-tielet doża hawn 269,052 persuna.

Ekonomija

Sport