Friday, May 3, 2024

Għawm Dinji: Il-Ġermanja jirbħu s-6km relay

Aqra wkoll

Ir-rebbieħ tal-midalja tad- deheb tal-Maratona Olim­pika ta’ Tokyo 2020, Flo­rian Wellbrock, kien il- mutur tar-rebħa tal-Ġermanja f’Lu­pa Beach, 20 minuta biss bogħod mid-Duna Arena f’Budapest li fiha saret id- dixxiplina tal-għawm.

Fl-isprint finali, Wellbrock sab triq ċara lejn il- ħajt tat-tmiem li aċċerta r-reb­ħa tat-team tiegħu fil- Mixed 4x1500m Team Relay inawgurali. Wellbrock waq­qaf l-arloġġ f’1:04:40.5 u 2.5 sekondi wara daħal il-kwartett tal-Ungerija, in- nazzjon ospitu ankrat minn Kristof Rasovszky, li għeleb mill-viċin lill-eqreb Taljan Gregorio Paltrinieri f’photo finish għat-tieni post.

It-team Ġermaniż mexa b’qasma ta’ 16:21.1 minn Lea Boy li għaddiet mill-grad tal-ħin 2.6 sekondi biss wara Cho Cheng-Chi (Taipei) li mexxa l-ewwel dawra. Oliver Klemet ikkalkula d-dħul tiegħu fl-ilma mill- pontun tal-iskambju eżatt kif Boy messet il-pontun u malajr poġġa lit-team tiegħu fil-vantaġġ. 

Leonie Beck kienet li jmiss fl-ilma għall- Ġermanja u ċediet biss lil tliet għawwiema rġiel mill-Ungerija, l-Italja u Franza ma­tul it-tielet loop.

Wellbrock ħalla l-pontun tal-iskambju fir-raba’ po­żizzjoni u għamel triqtu ‘l quddiem lejn fejn Kristof Rasovszky tal-Ungerija kien qed imexxi l-grupp żgħir ta’ għawwiema elite li kien jinkludi lit-Taljan Paltrinieri u lil Marc-Antoine Olivier ta’ Franza. Fl-ewwel 400 metru, Rasovszky biss kien fuq quddiem b’0.3 ta’ sekonda.

Paltrinieri ħa l-vantaġġ mal-marka ta’ 5.1km, iżda l-istrateġista Ġermaniż, Wellbrock, ħalla lil Rasov­szky u Paltrinieri jiġġieldu għall-vantaġġ filwaqt li sab it-tempo tiegħu u kkonserva l-enerġija għall-isprint finali tiegħu. Ftit aktar minn sekonda biss wara l-għawwiema Ungeriżi u Taljani, Wellbrock beda l-manuvri finali li jpoġġuh fil-karreġġjata tiegħu stess għall-isprint finali.

F’Duna Arena, Wellbrock spiċċa t-tieni fit-800m freestyle. Inqas minn 24 siegħa qabel huwa kklassifika fit- tielet post fl-avveniment tal-1,500m freestyle li ntrebħet minn Paltrinieri f’ħin rekord ġdid tal-kampjonati, it-tieni l-aktar għawma veloċi fl-istorja tal-avveniment.

Bit-tama għal rebħa tan- nazzjon ospitu, Rasovszky ma setax jaqbel mad-dawran ta’ Wellbrock hekk kif l-għawwiem Ungeriż reġa’ lagħab l-aħħar leg: “Kont naf li se jaqbduni, ma kellix ħolm bi nhar li stajt ngħum sal-aħħar waħdi fuq qud­diem.”

Rasovszky batta kontra Paltrinieri fl-isprint finali, bil-judges u l-ħin tal-Omega meħtieġa biex jiddeterminaw l-ordni tar-ritratti tat-tmiem. 

L-għawwiem Taljan ammetta li ma fadallu xejn x’jagħti wara li rebaħ l-1500m f’għawma eċċitanti kontra l-arloġġ inqas minn 24 siegħa qabel: “Kont lest, onestament kont mejjet.”

Kif spiċċaw fuq il-podju:

Midalja tad-deheb: Ġermanja (Lea Boy, Oliver Cle­ment, Leonie Beck, Florian Wellbrock) 1:04:40.5.

Midalja tal-fidda: Unge­rija (Reka Rohacs, Anna Olasz, David Bethlehem, Kristof Rasovszky) 1:04:43.0.

Midalja tal-bronż: Italja (Ginevra Taddeucci, Giulia Gabbrielleschi, Domenico Acerenza, Gregorio Paltri­niri) 1:04:43.0.

Sport