Sunday, December 22, 2024

Għawm Dinji: Katie Ledecky tkompli żżid il-vetrina tal-midalji

Aqra wkoll

Katie Ledecky kompliet iżżid il-midalji tad-deheb tagħha meta l-bieraħ rebħet il-maratona tal-1,500m freestyle, u f’dawn il-kampjonati issa tinsab waħda biss wara Ryan Lochte u mhux ħafna ‘l bogħod minn Michael Phelps.

Wara 1,100m, l-Amerikana Katie Grimes u l-Awstraljana Lani Pallister, kienu ras imb’ras u meta kien fadal sitt tulijiet Ledecky kienet għamlet ħin ta’ 12:24.20 minuti. Hija baqgħet kompletament mhux kontestata tħaffef għar- rebħa fi 15:30.15 minuti.

Huwa wieħed-tnejn mill-Amerikani hekk kif Grimes ħadet l-fidda fi 15:44.89 u Pallister il-bronż fi 15:48.96.

“Huwa tal-biża’, għamilniha s-sena l-oħra f’Tokjo u se nagħmluha tradizzjoni,” qalet Ledecky fuq il-wieħed-tnejn ta’ Team USA.

It-Taljan Thomas Ceccon rebaħ il-100m backstroke tal-irġiel fil-ħin rekord tad-dinja ta’ 51.60 sekondi u b’hekk huwa sar l-ewwel għawwiem f’dawn il-kampjonati li niżżel ismu fil-kotba tar-rekords.

Il-midalja tal-fidda marret għand l-Amerikan Ryan Murphy f’51.97 u l-bronż ħadha Amerikan ukoll, Hunter Armstrong, f’51.98.

Fit-tellieqa korrispondenti tan-nisa kienet Regan Smith tal-Istati Uniti li rebħet il-midalja tad-deheb fil-ħin ta’ 58.22 sekondi, bil-midalja tal-fidda marret għand l-Kanadiża, Kylie Masse fi 58.40 u l-bronż għand Amerikana oħra, Claire Curzon, fi 58.67,

“Kienet tellieqa mill-aqwa, għandi mument ta’ ċirku sħiħ li jmur minn champion tad-dinja junior għal champion tad-dinja fil-100m lura għal Team USA. Ninsab tassew kuntenta li stajt immiss idi mal-ħajt iżda vera­ment naħseb li kelli ħafna iktar fija f’dik it-tellieqa,” qalet Smith

Ir-Rumen David Popovici rebaħ il-200m freestyle tal-irġiel fil-ħin ta’ 1:43.21 minuti. Il-midalja tal-fidda ħadha Hwang Sunwoo tal-Korea t’Isfel f’1:44.47 u dik tal-bronż l-Britanniku Tom Dean f’1:44.98.

Ekonomija

Sport