Monday, May 13, 2024

Għawm Dinji: L-Amerikani jkomplu jiddominaw

Aqra wkoll

Fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm li qed isiru f’Budapest, l-Ungerija, saru erba’ finali bl-għawwiema Ameri­kani jiddominaw il-ġurnata meta rebħu tlieta minnhom biex tellgħu t-total tagħhom tad-deheb għal ħamsa.

50m BUTTERFLY IRĠIEL

Caeleb Dressel għamel dak li ħafna rawh jagħmel għal ħafna drabi billi mess il-ħajt l-ewwel wieħed fil-ħin rebbieħ ta’ 22.57 sekondi. Iżda waqt li dan kien biżżejjed biex jirbaħ din it-tellieqa, huwa kien inqas veloċi mill-aqwa ħin ta’ ħajtu ta’ 22.35 li huwa għam fil-Kampjonati tad-Dinja 2019.

Din l-għawma hija t-tieni l-iktar waħda veloċi fl-istorja u tbaxxi r-rekord dinji fl-eventwalità ta’ 22.27 li Andrii Govorov kiseb fl-2018.

Il-battalja għall-fidda kie­­­net waħda sħuna fejn il-Brażiljan Nicholas Santos fl-aħħar irnexxielu jgħaddi lil Michael Andrew tal-Istati Uniti. Dawn iż-żewġ irġiel kienu separati b’0.01 sekondi biss fl-avveniment hekk kif Santos spiċċa fi 22.78 u Andrew fi 22.79.

200m IND. MEDLEY NISA

Il-finali tal-200m Indivi­dual Medley tan-nisa kienet kollha Alex Walsh. Hija marret fil-vantaġġ kmieni fit-tellieqa u rnexxielha tirreżisti lill-kompetituri l-oħra kol­lha, u fl-aħħar mill-aħħar reb­ħet f’2:07.13 minuti.

Il-ħin ta’ Walsh jagħmilha l-ħames l-aktar għawwiema veloċi fl-istorja, meta qabżet lil Ye Shiwen li lura fl-Olim­pjadi 2012 kellha ħin ta’ 2:07.57. Kienet kważi eżattament sekonda mir-rekord Amerikan f’dan l-avveniment ta’ 2:06.15, li Ariana Kukors għamet fl-2009.

Kaylee McKeown ħadet il-fidda f’2:08.57, b’madwar nofs sekonda inqas mill-aqwa ħin tagħha ta’ 2:08.19. Hija ħadet sehem f’dan l-avveniment minflok f’dak l-aqwa tagħha, il-100 backstroke; deċiżjoni li ħadet biex tevita li tiffaċċja avvenimenti essenzjalment imissu ma’ xul­xin.

Il-midalja tal-bronż marret għand Amerikana wkoll, Leah Hayes, li kellha għawma kbira meta spiċċat fil-ħin ta’ 2:08.91.

4x100m FREESTYLE NISA

Wara li kisbet l-ewwel titlu fit-tul tagħha fl-4×100m freestyle fil-Kampjonati tad- Dinja, Torri Huske kisbet l-ewwel rebħa individwali tagħha billi għamet il-100m butterfly f’rekord Amerikan.

Huske temmet f’55.64 sekondi biex għelbet il-marka tagħha stess ta’ 55.66, li hija stabbiliet fil-Provi Olimpiċi fl-2021.

Din l-għawma minn Huske hija titjib fuq il-55.73 li għamet fl-Olimpjadi ta’ Tokyo u issa żammet postha bħala r-raba’ l-iktar mara veloċi fl-istorja ta’ dan l-avveniment wara ċ-Ċiniża, Zhang Yufei, li rebħet il-bronż f’56.41. Il-midalja tal- fidda rebħitha l-Franċiża Marie Watter b’56.14 sekondi.

100m BREASTROKE RĠIEL

It-Taljan, Nicolo Martinenghi, rebaħ l-ewwel midalja tad-deheb tal-lejla, meta spiċċa fi 58.26 sekondi fil-100 breaststroke tal-irġiel. Huwa għadu kif tejjeb l-aħjar ħin tiegħu f’dan l-avveniment u naqqas ir-rekord Taljan b’0.02 sekondi mit-58.28 li għam fil-Logħob ta’ Tokyo meta kien rebaħ il-bronż iżda din hija l-ewwel midalja individwali tiegħu f’laqgħa tal-Kampjonati tad-Dinja.

Martinenghi issa huwa l-ewwel raġel li rebaħ dan l-avveniment fid-dinja mill- edizzjoni tal-2013 hekk kif Adam Peaty rebaħ tliet titli konsekuttivi fl-2015, 2017, u 2019.

Ir-rebbieħ tal-midalja tal- fidda Olimpika, l-Olan­diż Arno Kamminga, rrepeta l-bravura f’Budapest, fil-ħin ta’ 58.62 waqt l-Amerikan Nic Fink kiseb l-ewwel podju tiegħu fil-Kampjonati tad- Dinja fuq korsa twila, wara li rebaħ numru ta’ midalji fil-verżjoni fuq korsa qasira f’Diċembru 2021. Fink spiċċa fi 58.65 u mess il-ħajt 0.03 sekondi biss wara Kamminga.

Sport