Saturday, May 4, 2024

Kian Gauci fit-tieni round tal-FIA Karting Academy Trophy fl-Italja

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn il-Ħamis 16 ta’ Ġunju u lbieraħ, sewwieq żagħżugħ tal-karting Kian Gauci ħa sehem fit-tieni round tal-FIA Karting Academy Trophy fi Cremona, l-Italja.

Gauci ffaċċja erbat ijiem ta’ taħriġ kontinwu u tlielaq f’kundizzjonijiet ta’ temp sħun, li pprovdew trakka perfetta. It-titjib ta’ Gauci wara l-ewwel rawnd ix-xahar li għadda f’Genk kien wieħed notevoli ħafna; jidher li Gauci, bħall-biċċa l-kbira tal-atleti, qed jagħmel dak li hu mistenni minnu wkoll barra mit-trakka peress li rnexxielu jitlef ftit piż u deher ippreparat tajjeb, anke mentalment.

Gauci mar tajjeb fit-tiġrijiet kollha, fit-taħriġ u l-kompetizzjoni, bil-qofol ikun il-kwalifika tiegħu ma l-ewwel 36 sewwieq li kisbu post fil-finali. Fil-finali, Gauci spiċċa fil-pożizzjoni 32.

Wara din l-avventura, Kian Gauci rringrazzja lil Lucas Pace, Michael Pace, BRM Team Manager Gianluca Dingli u Paolo Zani. Gauci issa qed iħejji biex bejn is-7 u l-10 ta’ Lulju jmur għat-tielet rawnd ġewwa Franciacorta fl-Italja.

Sport