Friday, November 15, 2024

Għawm Dinji: Milak jikser ir-rekord tiegħu stess

Aqra wkoll

Kristof Milak ta l-ewwel midalja tad-deheb lill- ospiti tad-19-il edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm, l-Ungerija, meta l-bieraħ saret ir-raba’ ġurnata fil-Pixxina Danube Arena ta’ Budapest.

Iżda għal darb’oħra kie­nu l-Istati Uniti li kabbru t-total tagħhom tal-midalji tad-deheb meta rebħu tnejn oħra biex issa tellgħu t-total għal disgħa.

200m BUTTERFLY IRĠIEL

L-Ungeriż Kristof Milak kiser ir-rekord tad-dinja tie­għu stess biex rebaħ il-200m butterfly, u kiseb il-midalja tad-deheb fil-ħin ta’ 1:50.34 minuti.

Iċ-champion Olimpiku Milak għeleb ir-rekord li waqqaf huwa stess fil- kampjonati tal-2019 fi Gwangju b’0.39 sekondi u spiċċa 3.03 sekondi qabel il-Franċiż, Leon Marchand, li kellu jikkuntenta bil-midalja tal-fidda meta kiseb ħin ta’ 1:53.37.

Il-midalja tal-bronż marret għand il-Ġappuniż, Tomoru Honda li spiċċa fil-ħin ta’ 1:53.61.

800m FREESTYLE RĠIEL

Bobby Finke tal-Istati Uniti rebaħ it-800m freestyle tal-irġiel bi sforz elettrikanti tard biex spiċċa qabel il-Ġermaniż Florian Wellbrock u l-Ukren, My­khailo Romanchuk.

Ir-rebħa għal Finke kienet ta’ spinta għat-team tal-Istati Uniti wara li ċ-champion Olimpiku tal-100m u champion tad-dinja renjanti, Caeleb Dressel, irtira mis-semi-finali f’dan l-avveniment għal raġuni­jiet mediċi.

It-telfa ta’ Dressel tfisser li se jitlef konfront antiċipat mat-talent adoloxxenti Rumen, David Popovici, li rebaħ il-200m freestyle nhar it-Tnejn.

Finke, li kien fir-raba’ post għal ħafna mit-tellieqa u kien għadu wara tliet għawwiema fid-dawra finali, kiseb l-aħjar ħin personali ta’ 7:39.36 minuti.

Kif għamel f’Tokjo, Finke kkommetta t-tellieqa tiegħu perfettament, u wassal l- aħħar 50m ħarxa, f’25.93 sekondi biex qabeż quddiem ir-rivali Ewropej tiegħu.

“Kont naf li kelli sempliċement inżomm magħ­hom u nibqa’ ma’ dak li jien tajjeb fih, it-tmiem. Kont naf li t-tul tal-50m kien diffiċli,” qal Finke.

50m BREASTROKE IRĠIEL

Sieħbu Nic Fink kiseb it-tieni rebħa għall-Amerikani, fejn rebaħ il-50m breaststroke f’26.45 sekondi, 300 ta’ sekonda qabel it-Taljan, Nicolo Martinenghi, li spiċ­ċa fil-ħin ta’ 26.48 bl-Amerikan l-ieħor, Michael Andrew, jieħu l-bronż f’26.72.

200m FREESTYLE NISA

Iċ-Ċiniża Yang Junxuan rebħet il-200m freestyle tan-nisa f’ħin ta’ 1:54.92 fejn għelbet lill-Awstraljana Mollie O’Callaghan ta’ 18-il sena, li ħadet il-fidda f’1:55.52, 0.30 warajha.

Iċ-Ċiniżi kellhom żewġ midalji x’jiċċelebraw b’Muhan Tang tieħu l-bronż f’1:56.25.

Ekonomija

Sport