Sunday, May 19, 2024

Waterpolo: Ta’ Xbiex jikkonvinċu u jegħlbu lil Otters

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Ta’ Xbiex………….10

Otters……………..6

(1-1, 3-1, 4-2, 2-2)

Ta’ Xbiex ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Otters bl-iskor ta’ 10-6.

Għalihom l-aqwa skorers kien iż-żagħżugħ Elijah Schembri li rreġistra hat-trick personali. Dan sabiex għal Otters impressjona ferm il-player Matthias Bonnici li skorja ħamsa mis-sitt goals tat-team tiegħu.

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’1-1. L-uniku goal għal Ta’ Xbiex wasal minn Zak Cutajar Licari minn man-up wara li tkeċċa Simon Apap, waqt li Luke Grech Carr ġab l-iskor indaqs għal Otters.

Ta’ Xbiex rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu

Jacob Saliba minn man-up wara li tkeċċa Matthias Bonnici, Elijah Schembri ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa David Dimech u Jacob Saliba minn penalty. Matthias Bonnici skorja l-uniku goal għall-Għawdxin.

Ta’ Xbiex rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 4-2. Għalihom skorjaw Edward Meli minn man-up wara li tkeċċa Andrew Dimech, Zak Cutajar Licari u Edward Aquilina (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty. Dan sabiex Matthias Bonnici rreġistra doppjetta personali għal Otters.

L-aħħar sessjoni bħall-ewwel waħda ntemmet fi draw iżda din id-darba bil-punteġġ ta’ 2-2, fejn għal Ta’ Xbiex Elijah Schembri rreġistra doppjetta personali, waqt li għal Otters, Matthias Bonnici wkoll skorja żewġ goals, bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa C.J. Saliba.

Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aquilina (2), 4-Jamie Pace Mizzi, 5-Edawrd Meli (1), 6-Sam Engerer, 7-Jacob Saliba (2), 8-Jayden Cassar, 9-Elijah Schembri (3), 10-B. Attard Littschaw, 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop, 13-Zac Dzanovic, 14-Zak Cutajar Licari (2) Coach: Zoran Maslovar

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici (5), 3-Karl Scicluna, 4-Luke Grech Carr (1), 5-Matthew Farrugia, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech, 10-Simon Apap, 11-Zion Bartolo, 12-Andrew Dimech, 13-Giovanni Gatt Ellis Coach: Robert Munkacsy

Referees: Ginafrano Bonavita, Peter Balzan

Sport