Malta, dan l-aħħar, kienet rappreżentata minn tlettax-il għawwiem fil-Kampjonati Nazzjonali Irlandiżi Short Course. L-għawwiema, ħames nisa u tmien irġiel, ta’ bejn is-17 u l-25 sena, ikkompetew f’Dublin bejn is-16 u d-19 ta’ Diċembru.
L-għawwiema kollha rnexxielhom jikkwalifikaw minn uħud mill-heats tagħhom biex jgħumu fil-finali fit-tliet sessjonijiet ta’ wara nofsinhar. Il-wirjiet tagħhom fi 78 għawma individwali taw 46 ħin Personal Best u żewġ National Short Course Records ġodda.
Fis-16 ta’ Diċembru, Sarah Demicoli, irreġistrat ħin ta’2:21,10 fl-avveniment tal-200m Butterfly, u għelbet ir-rekord tagħha stess ta’ 2:23,30 reġistrat f’Novembru 2021 f’Guildford.
Intant, fis-17 ta’ Diċembru, Andrea Mallia, għawm fl-avveniment tal-200m Breaststroke għamel ħin ta’ 2:20,04 għeleb il-ħin ta’ Andrea Agius ta’ 2:20,93 li ġie stabbilit fl-2010 f’Dubaj.
Malta kienet rappreżentata mill-għawwiema li ġejjin, li wara waqfa qasira se jerġgħu lura għat-taħriġ minn għada.
Andre Camilleri (Neptunes) Sarah Demicoli (Neptunes) Luke Ellul Sullivan (Sliema) Francesca Falzon Young (Sirens) Rudi Spiteri (Sirens) | Maya Galea (Sliema) Andrea Mallia (Sirens) Simon Mallia (Sliema) Amy Micallef (Neptunes) | Michael Stafrace Martina Valletta (Neptunes) Sean Wareing (Sliema) Matthew Galea (Sliema) |
Il-Kontinġent Malti kien akkumpanjat mill-kowċ nazzjonali Delon Dannhauser u l-Assistent Coach u masseur Ebi Mohammadpour.